Studju tal-kwiekeb Star gazing
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal STUDJU TAL-KWIEKEB għandu żewġ partijiet. L-ewwel isir is-sinjal għal TELESKOPJU. Dan isir biż-żewġ idejn forma ta’ ponn miftuħ. Id waħda titqiegħed quddiem għajn waħda u l-id l-oħra titqiegħed taħt l-ewwel id biex is-swaba’ jmissu mill-ġnub. It-tieni id tinżel ’l isfel bil-mod. Imbagħad isir is-sinjal għal KWIEKEB billi l-ewwel tlett iswaba’ tal-ewwel id jinfetħu u jingħalqu tlett darbiet bil-pala tħares ’il barra waqt li l-id timxi lejn ġenb wieħed. L-għajnejn iħarsu ’l fuq u jsegwu l-ewwel id matul il-moviment kollu.
The sign for STAR GAZING has two parts. The first part is the sign for TELESCOPE. This is made with both hands in the shape of very loose fists. One hand is placed over one eye and the other hand is placed underneath it with the fingers touching at the side. The second hand moves downwards slowly. Then the sign for STARS is made. The first three fingers of the first hand open and close three times with the palm facing outwards whilst the hand moves towards one side. Meanwhile, the eyes look upwards and follow the movements of the first hand.